Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Frar 2024 – UU vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-84/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: UU (rappreżentant: S. Makoumbou, avukata)

Konvenut: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, id-deċiżjonijiet preċedenti kkonfermati minnha;

tikkumpensa d-dannu materjali u morali tar-rikorrenti stmat ex æquo et bono għal EUR 200 000;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tal-14 ta’ Diċembru 2023, li tiċħad it-talba tagħha għal eżami mill-ġdid ta’ diversi deċiżjonijiet preċedenti, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-eżerċizzju ta’ bbilanċjar tal-interessi involuti, fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE 1 , u, sussidjarjament, fuq eċċezzjoni ta’ illegalità ta’ din id-dispożizzjoni.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

____________

1 ĠU 2018, L 295, p. 39