Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Settembru 2012 - Fraas vs UASI (disinn iċċangjat bil kuluri griż ċar, griż skur, beige, aħmar skur u kannella)
(Kawża T-326/10)
("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż ċar, griż skur, beige, aħmar skur u kannella - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta' karattru distintiv - Artkolu 7(1)(b), Artikolu 75 u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniz
Partijiet
Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment B. Schmidt, sussegwentement D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Ġunju 2010 (Każ R 188/2010-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta' sinjal figurattiv li jirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri griż ċar, griż skur, beige, aħmar skur u kannella bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
Ir-rikors huwa miċħud.
V. Fraas GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
____________1 - ĠU C 288, 23.10.2010.