Rikors ippreżentat fl-10 ta' Awwissu 2010 - Fraas vs UASI (Disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, griż skur, griż ċar u aħmar skur)
(Kawża T-327/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: V. Fraas GmbH (Helmbrechts-Wüstenselbitz, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta' Ġunju 2010, fil-Każ R 189/2010-4;
tikkundanna Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata : it-trade mark figurattiva, li tirrappreżenta disinn iċċangjat bil-kuluri iswed, griż skur, griż ċar u aħmar skur, għal prodotti fil-klassijiet 18, 24 u 25
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009
1, peress li t-trade mark inkwistjoni għandha karattru deskrittiv, u ksur tal-Artikoli 75 u 76 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma ħax inkunsiderazzjoni d-diversi argumenti ta' fatt u ta' dritt li ġew ippreżentati mir-rikorrenti.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).