Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta' Settembru 2012 - Koninklijke BAM Groep vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-355/06) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Tul tal-ksur")

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke BAM Groep NV (Bunnik, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: M. Biesheuvel u J. de Pree, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Nijenhuis u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 4090 finali, tat-13 ta' Settembru 2006, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] [Każ COMP/F/38.456 - Bitum (il-Pajjiżi l-Baxxi)], sa fejn tikkonċerna r-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Koninklijke BAM Groep NV hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 20, 27.01.2007.