Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-6 ta' Ġunju 2007 - Walderdorff vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-442/04)1

("Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta' promozzjoni 2003 -Rifjut ta' promozzjoni - Allokazzjoni tal-punti ta' promozzjoni - Eżami komparattiv tal-merti - Trattament ugwali - Dispożizzjonijiet ġenerali għall-eżekuzzjoni ta' l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-persunal - Eċċezzjoni ta' illegalità - Aspettattivi leġittimi")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Andrea Walderdorff (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant : L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment J. Currall, imbagħad G. Berscheid u M. Velardo, bħala aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għal annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni ta' l-awtorità tal-ħatra tad-19 ta' Lulju 2004, li tiċħad l-ilment li r-rikorrenti ressqet kontra d-deċiżjoni ta' l-istess awtorità,rigward ir-rifjut tal-promozzjoni tagħha għall-grad A4 għall-proċedura ta' promozzjoni 2003 u, min-naħa l-oħra, safejn huwa neċessarju, tad-deċiżjoni li kienet is-suġġett ta' dan l-ilment.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 - ĠU C 6 tat-8.1.2005.