Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta' Ottubru 2011 - Deutsche Bank vs UASI (Leistung aus Leidenschaft)

(Kawża T-539/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Lange, T. Götting u G. Hild, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Awwissu 2011 fil-Każ R 188/2011-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "Leistung aus Leidenschaft" għal servizzi fil-klassijiet 35, 36 u 38.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2007, sa fejn it-trade mark Komunitarja kkonċernata għandha karattru distintiv.

____________