Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2013 – Melkveebedrijf Overenk et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-540/11) 1

[“Rikors għad-danni – Taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib – Regolament (KE) Nru 1468/2006 – Inammissibbiltà manifesta”]

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Melkveebedrijf Overenk BV (Sint Anthonis, il-Pajjiżi l-Baxxi); Maatschap Veehouderij Kwakernaak (Oosterwolde, il-Pajjiżi l-Baxxi); Mulders Agro vof (Heerle, il-Pajjiżi l-Baxxi); Melkveebedrijf Engelen vof (Grashoek, il-Pajjiżi l-Baxxi); Melkveebedrijf De Peel BV (Heusden, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Mathijs Moonen (Nederweert, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: P. Mazel u A. van Beelen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Z. Malůšková u B. Burggraaf, aġenti)SuġġettTalba għal kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat lir-rikorrenti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006, tal-4 ta’ Ottubru 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi levy fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU L 338M, p. 526).DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.Melkveebedrijf Overenk BV, Maatschap Veehouderij Kwakernaak, Mulders Agro vof, Melkveebedrijf Engelen vof, Melkveebedrijf De Peel BV u Mathijs Moonen huma kkundannati għall-ispejjeż.