Language of document : ECLI:EU:T:2013:492





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2013 —
Melkveebedrijf Overenk et vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑540/11)

“Rikors għad-danni — Taxxa fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti mill-ħalib — Regolament (KE) Nru 1468/2006 — Inammissibbiltà manifesta”

1.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Responsabbiltà li tirriżulta minn att leċitu — Kundizzjonijiet — Dannu — Rabta kawżali — Natura anormali u speċjali tal-imsemmi dannu — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 12)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Rikors intiż għall-kumpens tad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni — Rekwiżiti minimi — Assenza fir-rikors ta’ kwantifikazzjoni tad-dannu subit u ta’ ġustifikazzjoni għal din l-ommissjoni — Inammissibbiltà manifesta (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 13-15, 17, 20, 21, 24)

3.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Oneru tal-prova (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 16)

4.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra annessi mar-rikors — Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ) u (d)) (ara l-punti 18, 19)

Suġġett

Talba għal kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat lir-rikorrenti mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1468/2006, tal-4 ta’ Ottubru 2006, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2004 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1788/2003 li jistabbilixxi levy fil-qasam tal-ħalib u l-prodotti mill-ħalib (ĠU L 338M, p. 526).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Melkveebedrijf Overenk BV, Maatschap Veehouderij Kwakernaak, Mulders Agro vof, Melkveebedrijf Engelen vof, Melkveebedrijf De Peel BV u Mathijs Moonen huma kkundannati għall-ispejjeż.