Language of document : ECLI:EU:T:2014:584

Kawża T‑541/11

(pubblikazzjoni ta’ estratti)

Fundação Calouste Gulbenkian

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern

(Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GULBENKIAN – Trade mark nazzjonali magħrufa, isem kummerċjali u logos nazzjonali preċedenti Fundação Calouste Gulbenkian – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Prova tal-eżistenza ta’ drittijiet preċedenti – Artikolu 8(1)(b) u (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2014

Proċeduri – Spejjeż – Spejjeż li jistgħu jinġabru – Spejjeż li jistgħu jiġu evitati kkawżati minn parti u sostnuti mill-Qorti Ġenerali – Spejjeż tal-interpretazzjoni

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 90(a))

Skont l-Artikolu 90(a) tar-Regoli tal-Proċedura, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tkun sostniet spejjeż li setgħu jiġu evitati, hija tista’ tikkundanna lill-parti li kkawżathom tirrimborsahom. Skont din id-dispożizzjoni, l-intervenjent għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-interpretazzjoni minħabba t-talba tiegħu intiża li jiġi awtorizzat jippreżenta s-sottomissjonijiet orali tiegħu bil-lingwa tiegħu waqt is-seduta, li għaliha huwa ma kienx preżenti.

(ara l-punti 49, 50)