Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Mejju 2011 - Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-115/10) 1

("Rikors għal annullament - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi - Deċiżjoni 2010/45/UE - Lista ta' siti ta' importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att purament konfermattiv - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq (rappreżentanti: S. Ossowski, aġent, assistit minn D. Wyatt, QC, u M. Wood, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u S. Boelaert, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/UE, tat-22 ta' Diċembru 2009, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tielet lista aġġornata tas-siti ta' importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU 2010, L 30, p. 322), sa fejn iżżomm fuq il-lista, sit bl-isem ta' "Estrecho Oriental" (bir-referenza ES6120032) bħala sit ta' importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibili.

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta' Spanja.

____________

1 - ĠU C 113, 01.05.2010.