Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2012 - Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/10) 

("FEŻR - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Programm Operattiv intiż għall-immodernizzar tal-qafas ekonomiku fil-Portugall - Nuqqas ta' għanijiet vinkolanti preċiżi u verifikabbli - Aspettattivi leġittimi)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, aġent, assistit minn N. Mimoso Ruiz, P. Moura Pinheiro u J. Silva Martins, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Steiblytė u G. Braga da Cruz, sussegwentement A. Steiblytė u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 10624, tal-21 ta' Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija lill-Portugall taħt il-Programm Operattiv "Immodernizzar tal-Qafas Ekonomiku", CCI : 1994 PT 16 1 PO 004 (ex FEŻR ref. 94.12.09.004), bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94)464/3, tal-4 ta' Marzu 1994, li tapprova għajnuna tal-FEŻR.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 113, 01.05.2010.