Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – Ir‑Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-115/10)

“Rikors għal annullament – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi – Deċiżjoni 2010/45/UE – Lista ta’ siti ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att purament konfermattiv – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Rikors kontra deċiżjoni konfermattiva ta’ deċiżjoni preċedenti li ma ġietx ikkontestata fit-termini mogħtija - Inammissibbiltà - Kunċett ta’ deċiżjoni konfermattiva - Deċiżjoni adottata wara eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni preċedenti u abbażi ta’ provi ġodda – Esklużjoni (Artikolu 230 KE) (ara l-punti 25, 27, 29, 30, 33, 34, 38 u 41)

2.                     Proċedura - Ammissibbiltà tar-rikorsi - Evalwazzjoni b’riferiment għas-sitwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors - Rikors inammissibbli - Deċiżjoni li fil-mori tal-kawża tissostitwixxi d-deċiżjoni kkontestata - Nuqqas ta’ effett fuq l-evalwazzjoni tal-ammissibbiltà tar-rikors (ara l-punti 46-48)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/45/UE, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, it-tielet lista aġġornata tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran (ĠU 2010, L 30, p. 322), sa fejn iżżomm fuq il-lista, sit bl-isem ta’ “Estrecho Oriental” (bir-referenza ES6120032) bħala sit ta’ importanza għall-Komunità għar-reġjun bijoġeografiku tal-Mediterran.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż..

3)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tar-Renju ta’ Spanja.