Language of document : ECLI:EU:T:2012:175





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tad-29 ta’ Marzu 2012 —
Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/10)

“FEŻR — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm Operattiv intiż għall-immodernizzar tal-qafas ekonomiku fil-Portugall — Assenza ta’ għanijiet vinkolanti preċiżi u verifikabbli — Aspettattivi leġittimi”

1.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Kundizzjoni — Tfittxija ta’ għan tanġibbli li jidħol fil-kuntest tal-politika ta’ koeżjoni soċjali (Regolamenti tal-Kunsill Nru 2052/88, Artikoli 6 sa 8, u Nru 4253/88, Artikoli 8, 14, 15 u 24 sa 26) (ara l-punti 27-32)

2.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Obbligu tal-Istati Membri li jikkontrollaw regolarment l-azzjonijiet iffinanzjati — Deċiżjoni li titnaqqas għajnuna minħabba l-assenza ta’ elementi li juru l-eliġibbiltà tal-ispejjeż — Ksur tad-drittijiet tad-difiża — Assenza (Regolament tal-Kunsill Nru 4253/88, Artikolu 23) (ara l-punt 36)

3.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali — Interventi strutturali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Evalwazzjoni tal-legalità skont elementi ta’ informazzjoni disponibbli fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni (ara l-punt 41)

4.                     Koeżjoni ekonomika u soċjali — Interventi strutturali — Finanzjament mill-Unjoni — Deċiżjoni li titnaqqas l-għajnuna mogħtija inizjalment — Irregolaritajiet li ma kienu s-suġġett ta’ ebda oppożizzjoni min-naħa tal-Kummissjoni — Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Kundizzjonijiet (ara l-punti 45-48)

Suġġett

Talba intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2009) 10624, tal-21 ta’ Diċembru 2009, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija lill-Portugall taħt il-Programm Operattiv “Immodernizzar tal-Qafas Ekonomiku”, CCI: 1994 PT 16 1 PO 004 (ex FEŻR ref. 94.12.09.004), bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94)464/3, tal-4 ta’ Marzu 1994, li tapprova għajnuna tal-FEŻR.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.