Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Lulju 2011 - Symfiliosi vs FRA

(Kawża T-397/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Symfiliosi (Nikosija, Ir-Repubblika ta' Ċipru) (rappreżentant: L. Christodoulou, avukat)

Konvenuta: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tat-23 ta' Mejju 2011, li tagħti l-ewwel kuntratt qafas taħt is-sejħa għal offerti F/SE/10/03 - Lott 12 Ċipru lil First Elements, u t-tieni kuntratt qafas lil Symfiliosi;

tikkundanna lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq motiv wieħed, li permezz tiegħu tallega li l-Aġenzija naqset milli tipprovdi motivazzjoni għad-deċiżjoni tagħha. Barra minn hekk, hija tikkontesta s-sustanza tal-evalwazzjoni tal-offerti, u tallega li din tal-aħħar kienet arbitrarja, mhux raġjonevoli u illegali.

____________