Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Settembru 2011 - Elti vs Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro

(Kawża T-395/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta' osservanza tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elti d.o.o. (Gornja Radgona, is-Slovenja) (rappreżentant: N. Zidar Klemenčič, avukat)

Konvenuta: Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro (rappreżentanti: inizjalment N. Bertolini, aġent, sussegwentement J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni ewropea għall-Montenegro, tal-21 ta' Marzu 2011, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta' kuntratt pubbliku EuropaAid/129435/C/SUP/ME-NP u li tinkludi l-informazzjoni li dan il-kuntratt kien ingħata lil offerenti oħra.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________