Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Ġunju 2012 - Elti vs Id-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro

(Kawża T-395/11) 

"Rikors għal annullament - Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta' sejħa għal offerti - Diġitizzazzjoni tas-servizz tax-xandir pubbliku fil-Montenegro - Deċiżjoni ta' għoti tal-kuntratt adottata mid-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro - Nuqqas ta' kwalità ta' konvenut - Inammissibbiltà"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Elti d.o.o. (Gornja Radgona, is-Slovenja) (rappreżentant: N. Zidar Klemenčič, avukat)

Konvenuta: Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro (rappreżentanti: inizjalment minn N. Bertolini, aġent, sussegwentement minn J. Stuyck u A.-M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni għall-Montenegro tal-21 ta' Marzu 2011 li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti għall-kuntratt ta' provvista ta' apparat intiż għad-diġitizzazzjoni tas-servizz tax-xandir pubbliku fil-Montenegro u, b'mod korrelattiv, li tagħti l-kuntratt imsemmi lil kumpannija oħra u, sussidjarjament, talba għal kumpens.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Elti d.o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 - ĠU C 282, 24.09.2011.