Language of document : ECLI:EU:T:2011:555





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2011 – Elti vs Id-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro

(Kawża T-395/11 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ talba – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Rikors - Rekwiżiti proċedurali - Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 10)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Natura irreparabbli tad-dannu - Evalwazzjoni fuq il-bażi biss tal-inċertezza marbuta mal-kumpens għal dannu pekunjarju fil-kuntest ta’ eventwali rikors għad-danni - Inammissibbiltà (Artikoli 268 TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE, u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 12)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Oneru tal-prova - Dannu finanzjarju - Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tal-impriża u tas-sitwazzjoni tal-grupp li tagħmel parti minnu - Ġurisdizzjoni tal-imħallef għall-miżuri provviżorji (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13, 15)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli - Telf ta’ opportunità minħabba l-esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Telf li fih innifsu ma jikkostitwixxix dannu gravi (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 14)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Deċiżjoni ta’ esklużjoni ta’ offerent minn proċedura ta’ sejħa għal offerti - Preġudizzju għar-reputazzjoni tiegħu - Dannu li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 16)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Montenegro, tal-21 ta’ Marzu 2011, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku EuropaAid/129435/C/SUP/ME-NP u li tinkludi l-informazzjoni li dan il-kuntratt kien ingħata lil offerenti oħra.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.