Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2014 – Banco Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-399/11) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Dispożizzjonijiet dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji li jippermettu lill-impriżi ddomiċiljati fi Spanja għall-finijiet ta’ taxxa jamortizzaw l-avvjament li jirriżulta minn akkwisti ta’ ishma f’impriżi ddomiċiljati barra mill-pajjiż għall-finijiet ta’ taxxa – Deċiżjoni li tikklassifika din l-iskema bħala għajnuna mill-Istat, li tiddikjara din l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Natura selettiva – Identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ impriżi vantaġġati mill-miżura – Assenza – Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Banco Santander, SA (Santander, Spanja); u Santusa Holding, SL (Boadilla del Monte, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñoz de Juan u R. Calvo Salinero, sussegwentement J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro u R. Calvo Salinero, avukati)Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, C. Urraca Caviedes u P. Němečková, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU L 135, p. 1).DispożittivL-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE, tat-12 ta’ Jannar 2011, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja, huma annullati.Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

____________

1