Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fil-11 ta’ April 2022 – BM vs Gebühren Info Service GmbH (GIS)

(Kawża C-249/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BM

Konvenut: Gebühren Info Service GmbH (GIS)

Partijiet oħra fil-proċedura: Bundesminister für Finanzen, Österreichischer Rundfunk (ORF)

Domandi preliminari

Fid-dawl tad-dispożizzjoni tad-dritt primarju tal-Artikolu 151(1) moqrija flimkien mat-tieni inċiż tal-ewwel subparagrafu tal-punt h, Nru 2, tal-Parti IX tal-Anness XV tal-Att dwar il-kundizzjonijiet ta’ adeżjoni u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija bbażata l-Unjoni Ewropea konkluż mat-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika Portugiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isveżja dwar l-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isveżja mal-Unjoni Ewropea 1 , ħlas bħall-“Programmentgelt” (il-miżata tal-programmi) tal-Österreichischer Rundfunk (il-Korporazzjoni tax-Xandir Awstrijaka, iktar ’il quddiem l-“ORF”), li x-xandar tas-servizz pubbliku nnifsu jistabbilixxi sabiex jiffinanzja l-operat tiegħu, għandu jitqies ħlas fis-sens tal-Artikolu 2 moqri flimkien mal-Artikolu 378(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 2 ?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-“Programmentgelt” tal-ORF hemm imsemmija għandha wkoll titqies ħlas fis-sens tad-Direttiva 2006/112/KE sa fejn din għandha titħallas minn persuni li, għalkemm joperaw riċevitur tax-xandir f’bini li huwa pprovdut mill-ORF bil-programmi terrestri tagħha, ma jistgħux jirċievu dawn il-programmi tal-ORF minħabba li ma għandhomx l-apparat ta’ riċezzjoni neċessarju?

____________

1     ĠU 1994, C 241, p. 336.

1     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.