Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Simmern/Hunsrück (il-Ġermanja) fil-15 ta’ Diċembru 2023 – DN vs Gebeco GmbH & Co. KG

(Kawża C-774/23, Gebeco)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Simmern/Hunsrück

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DN

Konvenut: Gebeco GmbH & Co. KG

Domanda preliminari

L-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jirregola mhux biss il-ġurisdizzjoni internazzjonali, iżda jinkludi wkoll regola dwar il-ġurisdizzjoni territorjali tal-qrati nazzjonali fil-qasam tal-kuntratti ta’ vjaġġ, li l-qorti adita għandha tosserva, meta l-konsumatur inkwantu vjaġġatur u l-kontroparti tiegħu, l-organizzatur ta’ vjaġġi, ikunu t-tnejn li huma ddomiċiljati fl-istess Stat Membru iżda d-destinazzjoni tal-vjaġġ ma tkunx tinsab f’dan l-Istat Membru iżda barra mill-pajjiż (is-“sitwazzjonijiet interni foloz”), bil-konsegwenza li, flimkien mar-regoli nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni, il-konsumatur jista’ jinvoka quddiem il-qorti tad-domiċilju tiegħu drittijiet kuntrattwali kontra l-organizzatur ta’ vjaġġi?

____________

1 ĠU 2012, L 351, p. 1