Language of document : ECLI:EU:T:2013:214





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-25 ta’ April 2013 — Bell & Ross vs UASI — KIN (Kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn)

(Kawża T‑80/10)

“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn — Disinn preċedenti — Raġuni ta’ invalidità — Nuqqas ta’ karattru individwali — Assenza ta’ impressjoni globali differenti — Utent avżat — Grad ta’ libertà tad-disinjatur — Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Konnessjoni ma’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Qorti tad-disinni Komunitarji — Artikolu 91 tar-Regolament Nru 6/2002”

1.                     Disinni Komunitarji — Dispożizzjonijiet proċedurali — Motivazzjoni tad-deċiżjonijiet — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 62 tar-Regolament Nru 6/2002 — Portata identika għal dik tal-Artikolu 296 TFUE — Użu mill-Bord tal-Appell ta’ motivazzjoni impliċita — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 62) (ara l-punti 37, 38)

2.                     Disinni Komunitarji — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni meħuda minn unità tal-Uffiċċju — Eżami mill-Bord tal-Appell — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 60(1)) (ara l-punti 43-47)

3.                     Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Kundizzjoni ta’ ammissibbiltà — Motivi indirizzati unikament kontra d-deċiżjonijiet tal-Bordijiet tal-Appell (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 61) (ara l-punt 55)

4.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Utent avżat — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1)u 25(1)(b)) (ara l-punti 100-104)

5.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Libertà tal-kreatur (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(2) u 25(1)(b)) (ara l-punti 107, 111-113)

6.                     Disinni Komunitarji — Raġunijiet għal invalidità — Assenza ta’ karattru individwali — Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti — Rappreżentazzjoni ta’ kaxxa ta’ arloġġ tal-idejn (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b)) (ara l-punti 110, 125, 137-139, 159)

7.                     Proċedura ġudizzjarja — Spejjeż — Kontenzjuż dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali — Spejjeż li jistgħu jinġabru — Spejjeż indispensabbli mġarrba mill-partijiet għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell (Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal, Artikolu 136(2)) (ara l-punt 164)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Diċembru 2009 (Każ R 1285/200‑3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Klockgrossisten i Norden AB u Bell & Ross BV.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bell & Ross BV hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk li KIN AB ġarrbet matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.