Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Frar 2010 - Bell & Ross vs UASI - Klockgrossisten i Norden (Rappreżentazzjoni ta' arloġġ)

(Kawża T-80/10)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bell & Ross BV (Zoetermeer, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Guerlain, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Klockgrossisten i Norden AB (Upplands Väsby, l-Isveżja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tad-9 ta' Diċembru 2009, mogħtija fil-Każ R 1285/2008-3 u nnotifikata fis-16 ta' Diċembru 2009 lir-rappreżentanti tal-kumpannija BELL & ROSS BV minħabba;

ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji;

ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 63 u 57 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem;

ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002 dwar id-disinji Komunitarji;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) - UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Disinn Komunitarju rreġistrat li huwa s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: Disinn Komunitarju Nru 342 951 (Arloġġi)

Proprjetarju tad-disinn Komunitarju: Ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju: Klockgrossisten i Norden AB

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: Dikjarazzjoni ta' invalidità tad-disinn Komunitarju

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikoli 6, 63, 57 u 91 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta' Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji.

____________