Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta' Frar 2010 - Tempus Vade vs UASI - Palacios Serrano (AIR FORCE)

(Kawża T-81/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Tempus Vade, S.L (Madrid, Spanja) (rappreżentant: A. Gómez López, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Palacios Serrano (Alcobendas, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

Tiddikjara li d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta' Jannar 2010, fil-Każ R 944/2006-1, li tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizjoni tal-UASI, tat-28 ta' Mejju 2008, mogħtija fil-kuntest tal-Proċedimenti ta' oppożizzjoni Nru B 1009607, u li konsegwentement tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Kommunitarja Nru 5.016.704 AIR FORCE, fil-klassi 14, mhijiex konformi mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja.

Tiddikjara li r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5.016.704 AIR FORCE fil-klassi 14 għandha tiġi rrifjutata abbażi tal-projbizzjoni prevista fl-Artikoli 8(1)(b) u 8(5) tar-RTK.

Tikkundanna lill-UASI u, sa fejn meħtieġ, lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Juan Palacios Serrano

Trade mark Komunitarja kkonċernata: Trade mark verbali "AIR FORCE" (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 5.016.704) għal prodotti fil-klassi 14.

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: L-impriża rikorrenti.

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Trade mark Komunitarja verbali "TIME FORCE" (Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 395.657), għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25; u erba' trade marks figurattivi Komunitarji oħra li fihom l-element verbali "TIME FORCE": Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 398.776, għal prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25; Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3.122.133, għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 9, 14, 18, 25, 34, 35 u 37, u Applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni Nri 1.998.375 u 2.533.667, għal prodotti fil-klassi 14.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Deċiżjoni ikkontestata annullata u oppożizzjoni miċħuda.

Motivi invokati: Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________