Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2013 – Kicks Kosmetikkedjan vs UASI - Kik Textilien und Non-Food (KICKS)
(Kawża T-532/13)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kicks Kosmetikkedjan AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: K. Strömholm, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kik Textilien und Non-Food GmbH (Bönen, il-Ġermanja)
Talbiet
tannulla d-deċiżjoni;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, jew alternattivament, jekk ikun il-każ, tikkundanna lill-intervenjenti għal dawn l-ispejjeż;
tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni kkontestata Nru 924 6166 fl-intier tagħha.
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: Kicks Kosmetikkedjan AB
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva “KICKS” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 8, 14, 21 u 35 – applikazzjoni Nru 9245473
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Kik Textilien und Non-Food GmbH
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali Ġermaniża u internazzjonali “kik” għal servizzi fil-klassi 35
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti u għas-servizzi kkontestati
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.