Language of document : ECLI:EU:T:2015:751





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2015 –
Panrico vs UASI – HDN Development (Krispy Kreme DOUGHNUTS)

(Kawża T‑534/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva Krispy Kreme DOUGHNUTS – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DONUT, DOGHNUTS, donuts u donuts cream – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Probabbiltà ta’ vantaġġ inġust miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni – Probabbiltà ta’ dannu – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009)”

1.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Relazzjoni bejn deċiżjoni finali fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni u talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Awtorità ta’ res judicata – Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 52(4) u 96(2)) (ara l-punt 23)

2.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 30, 41, 53)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni – Determinazzjoni tal-pubbliku rilevanti – Livell ta’ attenzjoni mill-pubbliku (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 31)

4.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Trade mark figurattiva Krispy Kreme DOUGHNUTS – Trade marks verbali u figurattivi DONUT, DOGHNUTS, donuts u donuts cream (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 8(1)(b) u 52(1)(a)) (ara l-punti 32‑34, 40, 44, 45, 50, 62)

5.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 51, 52)

6.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kunsiderazzjoni tal-elementi ta’ xebh jew ta’ diverġenza tas-sinjali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi intrinsiċi tas-sinjali jew tal-kundizzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti jew tas-servizzi (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punt 55)

7.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti – Assenza ta’ effett fil-każ ta’ assenza ta’ xebh bejn it-trade marks ikkonċernati (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 60, 61)

8.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti – Rikonoxximent ta’ ċertu grad ta’ karattru distintiv ta’ trade mark nazzjonali (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikoli 7(1)(b) u 8(1)(b) u (2)(a)(ii); Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/95, Artikolu 3(1)(b); Direttiva tl-Kunsill 89/104, Artikolu 3(1)(b)) (ara l-punt 65)

9.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 71)

10.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Trade mark figurattiva Krispy Kreme DOUGHNUTS – Trade marks verbali u figurattivi DONUT, DOGHNUTS, donuts u donuts cream (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punti 74, 77, 78)

11.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah li għandha reputazzjoni – Protezzjoni tat-trade mark preċedenti li għandha reputazzjoni estiża għal prodotti jew servizzi li ma jixxibhux – Provi li għandhom jiġu prodotti mill-proprjetarju – Riskju futur mhux ipotetiku ta’ vantaġġ inġust jew ta’ dannu (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(5)) (ara l-punt 76)

12.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Kawża quddiem il-qorti tal-Unjoni – Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata – Limiti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 63(2)) (ara l-punt 82)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Lulju 2013 (Każ R 623/2011‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Parrico, SA u HDN Development Corp.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Panrico, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.