Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2013 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-100/11) 1

(Servizz pubbliku – Uffiċjali – Remunerazzjoni – Allowance ta’ kuljum – Kundizzjonijiet għall-għoti – Stabbiliment effettiv tal-post tax-xogħol – Rikors manifestament infondat fid-dritt – Spejjeż legali – Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u J. Baquero Cruz, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-għoti lir-rikorrent tal-allowances ta’ kuljum fir-rigward tad-deċiżjoni tat-trasferiment tiegħu mid-delegazzjoni fl-Angola għas-sede fi Brussell.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 2 000.

____________

1 ĠU C 25, 28.01.12, p. 67.