Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Lulju 2008 - CCL Centres de langues vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/08 R)

("Talba għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura Komunitarja għal sejħa ta' offerti - Ċaħda ta' applikazzjoni għal parteċipazzjoni - Talba għal sospensjoni ta' l-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' fumus boni juris - Telf ta' opportunità - Nuqqas ta' dannu serju u irrimedjabbli - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre de langues à Louvain-la-Neuve et -en-Woluwe (CLL Centres de langues) (Louvain-la-Neuve, Il-Belġju) (rappreżentanti: F. Tulkens u V. Ost, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: N. Bambara u E. Manhaeve, aġenti, assistiti minn P. Wytinck, avukat)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, sabiex tippermetti lil Centre de langues à Louvain-la-Neuve et -en-Woluwe (CLL Centres de langues) li jipparteċipa fis-sejħa għal offerti ADMIN/D1/PR/2008/004 dwar il-korsijiet tal-lingwi għall-persunal ta' l-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji ta' l-Unjoni Ewropea (UE) li jinsabu fi Brussell, u sabiex tiġi sospiża d-deċiżjoni ta' eżekuzzjoni tal-Kummissjoni sakemm il-Qorti tal-Prim'Istanza tiddeċiedi fuq ir-rikors għal annullament imressaq kontra din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda

L-ispejjeż jibqgħu riżervati.

____________