Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Mejju 2008 - Interflon vs UASI - Illinois Tool Works (FOODLUBE)

(Kawża T-200/08)

Lingwa tar-rikors:L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Interflon BV (Roosendaal, l-Olanda) (rappreżentant: S. M. Wertwijn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Illinois Tool Works Inc. (Glenview, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-3 ta' Marzu 2008 fil-każ R 38/2007-2, u

tilqa' t-talba tar-rikorrenti għall-annullament tat-trade mark Komunitarja kkonċernata.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "FOODLUBE" għal prodotti fil-klassijiet 1 u 4 - Applikazzjoni Nru 1 647 734

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: tilqa' t-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tilqa' l-appell

Motivi invokati : Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 40/94 peress li t-trade mark ikkonċernata m'għandhiex karattru distintiv; ksur ta' l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill 40/94 peress li t-trade mark ikkonċernata mhijiex kapaċi tagħmel distinzjoni bejn il-prodotti indikati skond l-oriġini tagħhom.

____________