Language of document : ECLI:EU:T:2008:293





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tal-15 ta’ Lulju 2008 – CLL Centres de langues vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-202/08 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kuntratti pubbliċi – Proċedura Komunitarja ta’ sejħa għal offerti – Ċaħda ta’ applikazzjoni għal parteċipazzjoni – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni u għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ fumus boni juris – Telf ta’ opportunità – Nuqqas ta’ dannu serju u irreparabbli – Nuqqas ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - “Fumus boni juris” - Urġenza - Natura kumulattiva (Artikoli 225 KE, 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 16-18)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - “Fumus boni juris” - Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi applikazzjoni tardiva minn proċedura ta’ sejħa għal offerti (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 140, 143 u 145) (ara l-punti 31-45)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - “Fumus boni juris” - Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi applikazzjoni tardiva minn proċedura ta’ sejħa għal offerti (Artikolu 242 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 123(1) u (3), u 145) (ara l-punti 47-53)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza - Dannu gravi u irreparabbli (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 67, 68, 70-72)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Urġenza (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 73-77)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Dannu finanzjarju (Artikoli 242 KE, 243 KE u 288 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 78-80)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, sabiex tippermetti lil Centre de langues à Louvain-la-Neuve et -en-Woluwe (CLL Centres de langues) jipparteċipa fis-sejħa għal offerti ADMIN/D1/PR/2008/004 li tirrigwarda l-kuntratt “Taħriġ lingwistiku għall-persunal tal-istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-Unjoni Ewropea (UE) li jinsabu fi Brussell” u sabiex tiġi sospiża d-deċiżjoni ta’ esklużjoni tal-Kummissjoni sakemm il-Qorti tal-Prim’Istanza tiddeċiedi fuq ir-rikors għal annullament ippreżentat kontra din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.