Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Settembru 2010 - Market Watch vs UASI - Ares Trading (Seroslim)

(Kawża T-201/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Seroslim - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEROSTIM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Market Watch Franchise & Consulting, Inc. (Freeport, il-Baħamas) (rappreżentant: J. Korab, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ares Trading SA (Aubonne, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. De Justo Bailey u M. De Justo Vazquez, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta' Marzu 2008 (Każ R 805/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Ares Trading SA u Market Watch Franchise & Consulting, Inc.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Market Watch Franchise & Consulting, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 197, 02.08.2008.