Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Settembru 2010 - Interflon vs UASI - Illinois Tool Works (FOODLUBE)

(Kawża T-200/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja verbali FOODLUBE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) u l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 2007/2009]"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Interflon BV (Rosendaal, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: S. Wertwijn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Novais Gonçalves, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Illinois Tool Works, Inc. (Glenview, Illinois, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta' Marzu 2008 (Każ R 638/2007-2) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn Interflon BV u Illinois Tool Works, Inc.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-3 ta' Marzu 2008 (Każ R 638/2007-2), hija annullata sa fejn hija tiċħad ir-rikors f'dak li jikkonċerna l-prodotti kimiċi ddestinati għall-industrija, fil-klassi 1, u ż-żjut u x-xaħmijiet industrijali kif ukoll il-lubrifikanti, fil-klassi 4.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 183, 19.7.2008.