Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Diċembru 2015 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-563/13) 1

(“FAEG – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq imwettaq mill-Belġju – Frott u ħaxix – Obbligu ta’ motivazzjoni – Kundizzjonijiet għal rikonoxximent ta’ organizzazzjoni ta’ produtturi – Esternalizzazzjoni minn organizzazzjoni ta’ produtturi ta’ attivitajiet essenzjali – Ammont li għandu jiġi eskluż – Proporzjonalità”)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J. C. Halleux u M. Jacobs, aġenti, assistiti minn F. Tuytschaever u M. Varga, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Kranenborg u P. Rossi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 219, p. 49), sa fejn tikkonċerna l-infiq imwettaq mir-Renju tal-Belġju jew, fi kwalunkwe każ, ta’ limitazzjoni tal-ammont li għandu jiġi eskluż mill-finanzjament.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 367, 14.12.2013.