Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van Beroep te Gent - Il-Belġju) - proċeduri kriminali kontra Lodewijk Gysbrechts, Santurel Inter BVBA

(Kawża C-205/07)1

(Artikoli 28 KE sa 30 KE - Direttiva 97/7/KE - Protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod - Terminu għall-irtirar mill-kuntratt - Projbizzjoni li jintalab mingħand il-konsumatur ħlas akkont jew pagament qabel l-iskadenza tat-terminu għall-irtirar mill-kuntratt)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Beroep te Gent

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Lodewijk Gysbrechts, Santurel Inter BVBA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Hof van Beroep te Gent - Interpretazzjoni tal-Artikoli 28 u 30 KE - Effetti fuq il-kummerċ intra-Komunitarju ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi li jintalab mingħand il-konsumatur ħlas akkont jew pagament qabel l-iskadenza tat-terminu ta' rtirar - Kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju

Dispożittiv

L-Artikolu 29 KE ma jipprekludix li leġiżlazzjoni nazzjonali tipprojbixxi lill-fornitur, fil-kuntest ta' bejgħ mill-bogħod transkonfinali, li jitlob ħlas akkont tal-prezz jew kwalunkwe ħlas ieħor mingħand il-konsumatur qabel l-iskadenza tat-terminu ta' rtirar, iżda jipprekludi li, b'applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni, ikun ipprojbit, qabel l-iskadenza tal-imsemmi terminu, li jintalab in-numru tal-karta ta' kreditu tal-konsumatur.

____________

1 - ĠU C 140, 23.06.2007