Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Mejju 2017 – Efler et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-754/14) 1

[“Dritt istituzzjonali – Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej – Sħubija Transatlantika fil-qasam tal-Kummerċ u tal-Investimenti – Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv – Nuqqas manifest ta’ kompetenzi tal-Kummissjoni – Proposta ta’ att legali għall-finijiet tal-implementazzjoni tat-Trattati – Artikolu 11(4) TUE – Artikolu 2(1) u Artikolu 4(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 211/2011 – Ugwaljanza fit-trattament”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Michael Efler (Berlin, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness fis-sentenza (rappreżentant: B. Kempen, professur)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Laitenberger u H. Krämer, sussegwentement H. Krämer, u fl-aħħar nett H. Krämer u F. Erlbacher, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6501 finali, tal-10 ta’ Settembru 2014, li tiċħad it-talba għal reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej intitolata “Stop TTIP”.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6501 finali, tal-10 ta’ Settembru 2014, li tiċħad it-talba għal reġistrazzjoni tal-proposta ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Europej intitolata “Stop TTIP ” hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Michael Efler u mir-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

____________

1 ĠU C 34, 2.2.2015.