Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Settembru 2011 - CEVA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/09) 1

("Programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku fil-qasam tar-riċerka dwar il-ħajja - Proġett Seapura - Ftehim ta' għoti - Klawżola ta' arbitraġġ - Talba għal rimbors tal-ħlasijiet li saru bil-quddiem skont kuntratt ta' finanzjament għal riċerka - Ittri ta' tfakkir - Rikors għal annullament - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre d'étude et de valorisation des algues SA (CEVA) (Pleubian, Franza) (rappreżentant: J.-M. Peyrical, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn E. Bouttier, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-erba' ittri ta' tfakkir tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Mejju 2009, li bihom din tistieden lir-rikorrent jirrimborsha l-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem li hija tagħtu skont ftehim ta' għoti konkluż għal proġett li kellu jitwettaq fil-kuntest tal-programm speċifiku ta' riċerka u ta' żvilupp teknoloġiku intitolat "Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin".

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

Is-Centre d'étude et de valorisation des algues SA (CEVA) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 220, 12.9.2009.