Language of document : ECLI:EU:T:2011:479





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Settembru 2011 – CEVA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/09)

“Programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku fil-qasam tar-riċerka dwar il-ħajja – Proġett Seapura – Ftehim ta’ sussidju – Klawżola ta’ arbitraġġ – Talba għal rimbors tal-ħlasijiet li saru bil-quddiem skont kuntratt ta’ finanzjament għal riċerka – Ittri ta’ tfakkira – Rikors għal annullament – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament - Rikors li fil-verità jirrigwarda kwistjoni ta’ natura kuntrattwali - Riklassifikazzjoni tar-rikors - Esklużjoni (Artikoli 230 KE u 238 KE) (ara l-punti 34, 35)

2.                     Rikors għal annullament - Rikors li fil-verità jirrigwarda tilwima ta’ natura kuntrattwali - Annullament ta’ ittri ta’ tfakkir tal-Kummissjoni intiżi sabiex jinkiseb ir-rimbors ta’ sussidju - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni - Inammissibbiltà (Artikoli 230 KE u 249 KE) (ara l-punti 45-48)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-erba’ ittri ta’ tfakkir tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Mejju 2009, li bihom din tistieden lir-rikorrent jirrimborsaha l-ammont tal-ħlasijiet bil-quddiem li hija tagħtu skont ftehim ta’ sussidju konkluż għal proġett li kellu jitwettaq fil-kuntest tal-programm speċifiku ta’ riċerka u ta’ żvilupp teknoloġiku intitolat “Kwalità tal-ħajja u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Is-Centre d’étude et de valorisation des algues SA (CEVA) huwa kkundannat għall-ispejjeż.