Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2014 – Intel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/09) 1

(“Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq tal-mikroproċessuri – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 82 KE u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE – Tnaqqis għal fedeltà – Restrizzjonijiet ‘ovvji’ – Klassifikazzjoni bħala prattika abbużiva – Analiżi ta’ kompetitur daqstant effiċjenti – Ġurisdizzjoni internazzjonali tal-Kummissjoni – Obbligu ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni – Limiti – Drittijiet tad-difiża – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Strateġija ġenerali – Multi – Ksur uniku u kontinwat – Linji gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Intel Corp. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment K. Bacon, barrister, M. Hoskins, N. Green, QC, S. Singla, barrister, I. Forrester, QC, A. Parr, R. Mackenzie, solicitors, u D.Piccinin, barrister, sussegwentement I. Forrester, A. Parr, R. Mackenzie u D. Piccinin)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, N. Khan, V. Di Bucci u M. Kellerbauer, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Association for Competitive Technology, Inc. (Washington, DC, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J. Franck, sussegwentement E. Nasry, avukat)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 3726 finali, tat-13 ta’ Mejju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 82 [KE] u skont l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/C-3/37.990 – Intel), jew, sussidjarjament, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Intel Corp. għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż ta’ din tal-aħħar marbuta mal-intervent tal-Association for Competitive Techn

ology, Inc., kif ukoll dawk sostnuti mill-Union fédérale des consommateurs – Que choisir (UFC – Que choisir).L-Association for Competitive Technology għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif

ukoll d

awk sostnuti mill-Kummissjoni marbuta mal-intervent tagħha.