Rikors ippreżentat fis-17 ta' Lulju 2009 - Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer vs UASI (CHROMA)
(Kawża T-281/09)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Steinzeug Cremer & Breuer AG (Frechen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Mejju 2009 (Każ R 1429/2008-4), sa fejn hija tiċħad it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għal prodotti fil-klassijiet 19 u 11;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "CHROMA" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 19 u 37 (Applikazzjoni Nru 6 731 103)
Deċiżjoni tal-eżaminatur: Applikazzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament Nru 207/2009
1, peress li l-kelma "Chroma" ma għandhiex sinjifikat direttament deskrittiv.
____________1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).