Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali fis-27 ta' Ġunju 2012 - Hearst Communications vs UASI - Vida Estética (COSMOBELLEZA)

(Kawża T-344/09)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COSMOBELLEZA - Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti COSMO, COSMOPOLITAN, COSMOTEST, COSMOPOLITAN TELEVISION u THE COSMOPOLITAN SHOW - Trade marks mhux irreġistrati u ismijiet kummerċjali COSMO u COSMOPOLITAN - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn it-trade marks - Artikolu 8(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hearst Communications, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Nordemann, C. Czychowski u A. Nordemann-Schiffel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment C. Bartos sussegwentement V. Melgar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vida Estética, SL (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: A.I. Alejos Cutuli, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta' Ġunju 2009 (Każ R 770/2007-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Hearst Communications, Inc u Vida Estética, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Hearst Communications, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 256, 24.10.2009