Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Iralco vs Il-Kunsill

(Kawża T-158/13)1

(“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi mfixkla l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar tal-fondi – Żball ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Iranian Aluminium Co. (Iralco) (Tehran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Millar u S. Ashley, solicitors, M. Lester u M. Happold, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), sa fejn tinkludi l-isem tar-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), sa fejn jinkludi l-isem tar-rikorrenti fuq il-lista li tinsab fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).DispożittivId-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran hija annullata sa fejn tinkludi l-ista ta’ Iranian Aluminium Co. (Iralco) fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESKIr-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, huwa annullat sa fejn jinkludi l-isem ta’ Iralco fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010.L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/829 huma miżmuma f’dak li jikkonċerna Iralco s

ad-dħul fis-

seħħ tad-deċiżjoni ta’ annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 1264/2012.Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Iralco.

____________

1 ĠU C 147, 25.5.2013.