Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – HK Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-159/13 u T-372/14) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Iżlamika tal-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari – Iffriżar ta’ fondi – Rikors għal annullament – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Ammissibbiltà – Dritt għal smiegħ – Obbligu ta’ notifika – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HK Intertrade Co. Ltd (Wanchai, Hong-Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, N. Pilkington u D. Sellers, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-159/13, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), u, fil-Kawża T-372/14, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 intiża għaż-żamma tal-miżuri restrittivi adottati kontra r-rikorrenti.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.HK Intertrade Co. Ltd għandha tbati kemm l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

____________

1 ĠU C 147, 25.5.2013.