Language of document : ECLI:EU:T:2016:331

Kawża T‑160/13

Bank Mellat

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran – Restrizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani – Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Rikors għal annullament – Att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implementazzjoni – Inċidenza diretta – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – — Garanziji legali msemmija fl-Artikolu 215(3) TFUE – Ċertezza legali – Projbizzjoni tal-arbitrarjetà – Ksur tad-drittijiet fundamentali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2016

1.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Miżuri retrittivi ta’ natura ġenerali, li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom huwa ddeterminat b’riferiment għal kriterji oġġettivi – Esklużjoni

(Artikolu 19 TUE ; Artikolu 275 TFUE ; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, punt 6 tal-Artikolu 1)

2.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni – Att adottat skont l-Artikolu 215 TFUE – Inklużjoni

(Artikolu. 19 TUE ; Artikoli 215 TFUE u 275 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

3.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE – Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi – Regolament tal-Kunsill ta’ portata ġenerali adottat abbażi tal-Artikolu 215 TFUE – Inklużjoni

(Artikolu 215 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

4.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti leġiżlattivi – Atti li ma jinvolvux miżuri ta’ eżekuzzjoni u li jikkonċernaw lir-rikorrent direttament – Kundizzjonijiet ta’ natura kumulattiva – Att li ma jaffetwax direttament lir-rikorrent – Inammissibbiltà

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 267/2012, Artikolu 30a u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30b(1), kif emendat bir-Regolament Nru 1263/2012)

5.      Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Rikors kontra att li jipprevedi miżuri restrittivi – Rikorrent li huwa suġġett għal miżuri restrittivi oħra iktar severi – Annullament tal-imsemmija miżuri iktar severi qabel il-preżentata tar-rikors – Effetti tas-sentenza ta’ annullament sospiżi sad-deċiżjoni dwar l-appell – Ammissibbiltà

(Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

6.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Bażi legali – Miżuri restrittivi previsti minn deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 29 TUE u minn Regolament ibbażat fuq l-Artikolu 215 TFUE – Neċessità ta’ miżuri retsrittivi previsti mill-imsemmi regolament – Evalwazzjoni fid-dawl tad-deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 29 TUE

(Artikolu 29 TUE; Artikolu 215(1) TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

7.      Dritt tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji – Proporzjonalità – Projbizzjoni ta’ attività ekonomika – Natura proporzjonata – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

8.      L-Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Miżuri meħuda fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari – Portata tal-istħarriġ – Att ta’ portata ġenerali li fih dispożizzjonijiet li jaffetwaw direttament lir-rikorrent, mingħajr miżuri ta’ implementazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju li jestendi għall-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

9.      Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Restrizzjon ijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani  – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Natura xierqa tal-miżuri restrittivi – Miżuri restrittivi li jsegwu għan leġittimu tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni

(Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

10.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Restrizzjon ijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani –Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Natura neċessarja tal-miżuri restrittivi

(Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

11.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Restrizzjon ijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani  – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Natura mhux sproporzjonata tal-miżuri restrittivi

(Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

12.    Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Miżuri restrittivi tal-iffriżar ta’ fondi

(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012)

13.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Restrizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani – Obbligu li jiġu previsti garanziji ġuridiċi

(Artikolu 215(3), TFUE ; Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

14.    Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra l-Iran – Restrizzjon ijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità – Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament. – Ksur – Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 1263/2012, Artikolu 1(15))

1.      L-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni 2012/635, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, ma jikkostitwixxix, fih innifsu, deċiżjoni li tipprovdi miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE peress li din id-dispożizzjoni fiha miżuri li huma ta’ natura ġenerali, peress li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom huwa stabbilit b’riferiment għal kriterji oġġettivi, u mhux permezz ta’ riferiment għal persuni fiżiċi jew ġuridiċi identifikati. Minn dan jirriżulta li l-Qorti Ġenerali ma għandhiex ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 275 TFUE sabiex tiddeċiedi fuq eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tal-Artikolu 1(6) tad-Deċiżjoni 2012/635, peress li din l-eċċezzjoni ta’ illegalità ġiet imqajjma insostenn ta’ rikors għal annullament kontra l-Artikolu 1(15) tar-Regolament Nru 1263/2012, li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, peress li din l-aħħar dispożizzjoni ma hijiex deċiżjoni li tipprevedi miżuri restrittivi kontra persuni fiżiċi jew ġuridiċi, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 275 TFUE.

(ara l-punti 33, 34, 36, 38)

2.      Id-deroga għall-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Unjoni prevista fl-Artikolu 275 TFUE ma tistax tiġi interpretata bħala li testendi tant li teskludi l-verifika ta’ att adottat skont l-Artikolu 215 TFUE bħall-Artikolu 1(15) tar-Regolament Nru 1263/2012 li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran li ma jaqax taħt il-PESK, biss minħabba l-fatt li l-adozzjoni valida tal-imsemmi att huwa suġġett għall-adozzjoni minn qabel ta’ deċiżjoni li taqa’ taħt il-PESK. Fil-fatt, din l-interpretazzjoni tad-deroga inkwistjoni tikkonfliġġi kemm mal-ġurisdizzjoni ġenerali mogħtija lill-Qorti tal-Ġustizzja fl-Artikolu 19 TUE kif ukoll mal-ġurisdizzjoni speċifika mogħtija espressament fl-ewwel, it-tieni u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 263 TFUE.

(ara l-punt 39)

3.      L-Artikolu 1(15) tar-Regolament Nru 1263/2012, li jemenda r-Regolament Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran jikkostitwixxi att leġiżlattiv fis-sens tar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 263 tat-TFUE peress li minn naħa, huwa għandu portata ġenerali u, min-naħa l-oħra huwa ġie adottat abbażi tal-Artikolu 215 TFUE u skont il-proċedura prevista minn dan l-artikolu b’tali mod li ma jikkostitwixxix att leġiżlattiv.

(ara l-punti 48, 55)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 55-61)

5.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 72-78)

6.      Mill-kliem, mill-istruttura u mill-finalità tal-Artikolu 215(1) TFUE jirriżulta b’mod ċar li l-kunċett ta’ neċessità msemmi minn din id-dispożizzjoni ma jirrigwardax ir-relazzjoni bejn l-att adottat skont l-Artikolu 215 TFUE u l-għan tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) segwit, iżda r-relazzjoni bejn l-imsemmi att u d-deċiżjoni PESK li fuqha huwa bbażat. Għalhekk, ir-riferiment għal “miżuri meħtieġa” intiżi li jiggarantixxu li l-Kunsill ma jadottax, skont l-Artikolu 215 TFUE, miżuri restrittivi li jmorru lil hinn minn dawk adottati fid-deċiżjoni PESK korrispondenti.

(ara l-punt 87)

7.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 92)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 100-111)

9.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 117-135, 144-152)

10.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 161-179, 188-196)

11.    Kull miżura restrittiva ekonomika jew finanzjarja tinvolvi, minnha nnifisha, effetti li jistgħu jikkawżaw danni lil partijiet li r-responsabbiltà tagħhom fir-rigward tas-sitwazzjoni li wasslet għall-adozzjoni tal-miżuri inkwistjoni ma tkunx ġiet stabbilita. Minħabba fl-importanza primordjali taż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali, li huma l-għanijiet aħħarija marbuta mal-miżuri intiżi li jwaqqfu l-proliferazzjoni nukleari u l-finanzjament tagħha, l-inkonvenjenzi kkawżati lil bank kummerċjali Iranjan minn miżura restrittivi kontra l-Iran li tipprevedi restrizzjonijiet għat-trasferimenti ta’ fondi li jinvolvu stabbilimenti finanzjarji Iranjani, ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet intiżi mill-imsemmija leġiżlazzjoni.

(ara l-punti 204, 213)

12.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 226-229)

13.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 231-240)

14.    Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 241-248)