Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza ta' l-20 ta' Novembru 2007 - Castellani vs L-UASI - Markant Handels und Service (CASTELLANI)

(Kawża T-149/06)1

("Trade mark Komunitarja − Proċedura ta' oppożizzjoni − Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva CASTELLANI − Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CASTELLUM u CASTELLUCA − Raġuni relattiva għal rifjut − Probabbiltà ta' konfużjoni − Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Castellani SpA (Campagna Gello, l-Italja) (rappreżentanti: A. Di Maso u M. Di Masi, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI: Markant Handels und Service GmbH (Offenburg, il-Ġermanja)

Suġġett tal-Kawża

Rikors lontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-22 ta' Frar 2006 (każ R 449/2005-1), li jirrigwarda proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Markant Handels und Service GmbH u Castellani SpA.

,Dispożittiv

1)    Id-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-22 ta' Frar 2006 (każ R 449/2005-1) hija annullata.

2)    L-UASI huwa kkundannat ibati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 178, 29.7.2006