Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Frar 2008 - Sanofi-Aventis vs L-UASI - GD Searle (ATURION)

(Kawża T-146/06)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali ATURION - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti URION - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sanofi-Aventis SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. García Murillo, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI : GD Searle LLC (New York, New York, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tat-3 ta' Frar 2006 (Każ R 227/2005-1) dwar proċedura ta' oppożizzjoni bejn Sanofi-Aventis SA u GD Searle LLC.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Sanofi-Aventis SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 190, 12.8.2006.