Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-31 ta' Jannar 2008 - Aluminium Silicon Mill Products vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-151/06)1

("Dumping - Rifużjoni tad-dazji kontra d-dumping - L-annullament tar-Regolament li jistabbilixxi dazju definittiv kontra d-dumping - Mhemmx lok għal deċiżjoni - Deċiżjoni dwar l-ispejjeż")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aluminium Silicon Mill Products GmbH (Zug, L-Iżvizzera) (rappreżentanti: L. Ruessmann u A. Willems, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: P. Stancanelli u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 1183 finali, tat-3 ta' April 2006, li tiċħad parzjalment it-talbiet intiżi għar-rifużjoni ta' dazji kontra d-dumping imħallsa fuq importazzjonijiet ta' silikon li joriġina mir-Russja.

Dispożittiv

Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Il-Kummissjoni hija kkundannata tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 178, 27.07.2006.