Language of document : ECLI:EU:T:2008:528





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Novembru 2008 – En Route International vs UASI (FRESHHH)

(Kawża T-147/06)

­“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FRESHHH – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 7(1)(ċ)) (ara l-punti 21, 28)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2006 (Każ R 352/2005-4) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FRESHHH bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

En Route International Ltd

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali FRESHHH għall-prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32 – Applikazzjoni Nru 3198165

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

En Route International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.