Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-26 ta' Novembru 2008 - En Route International vs UASI (FRESHHH)

(Kawża T-147/06)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FRESHHH - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: En Route International Ltd (Datchet, ir-Renju Unit) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: R. Pethke, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta' Marzu 2006 (Każ R 352/2005-4) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FRESHHH bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

En Route International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 178, 29.7.2006.