Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-23 ta' Settembru 2009 - Cohausz vs UASI - Izquierdo Faces (acopat)

(Kawża T-409/07)

("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva acopat - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti COPAT - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 56(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009")]

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Helge B. Cohausz (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment I. Friedhoff, sussegwentement S. von Petersdorff-Campen u H. Timmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Botis, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: José Izquierdo Faces (Bilbao, Spanja) (rappreżentant: H. Bock, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta' Settembru 2007 (Każ R 289/2006-1) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità kontra Helge B. Cohausz u José Izquierdo Faces.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Helge B. Cohausz huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 8, 12.1.2008