Language of document : ECLI:EU:T:2008:45





Digriet tal-President tal-Qorti tal-Prim’Istanza tat-18 ta’ Frar 2008 – Jurado Hermanos vs UASI (JURADO)

(Kawża T-410/07 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Trade mark Komunitarja – Tħassir tat-trade mark – Applikazzjoni għal restitutio in integrum – Talba għas-sospensjoni tat-tħassir tat-trade mark – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Deċiżjoni amministrattiva negattiva (Artikolu 242 KE) (ara l-punt 31)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà (Artikoli 242 KE u 243 KE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, l-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ l-Artikolu 104(1)) (ara l-punt 35)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli (Artikoli 242 KE u 243 KE) (ara l-punti 49, 52-53)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni ta’ l-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli fil-konfront tar-rikorrent (Artikoli 242 KE u 243 KE) (ara l-punt 50)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tat-tħassir tat-trade mark Komunitarja verbali Nru 240218 u ta’ l-effetti legali tad-Deċiżjoni tat-Tieni Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tat-3 ta’ Settembru 2007 (Każ R 866/2007-2) dwar l-applikazzjoni għal restitutio in integrum imressqa minn Jurado Hermanos, sakemm il-Qorti tal-Prim’Istanza tiddeċiedi l-kawża prinċipali.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.