Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta' Novembru 2007 - Jurado Hermanos vs L-UASI (JURADO)

(Kawża T-410/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Jurado Hermanos, S.L. (Alicante, Spanja) (rappreżentant: C. Martín Álvarez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell tat-3 ta' Settembru 2007 fil-Każ R 866/2007-2 ;

tiddeċiedi fuq il-mertu tal-kawża, billi tirrikonoxxi lil JURADO HERMANOS, S.L., bħala parti interessata fil-proċedura ta' tiġdid tat-trade mark Komunitarja Nru 240218, peress li hija l-proprjetarja esklussiva u reġistrata ta' din it-trade mark, u tilqa' t-talba għal restitutio in integrum magħmula minn JURADO HERMANOS, S.L. fir-rigward tat-tiġdid tat-trade mark Komunitarja Nru 240.218, u

tordna lill-UASI jbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : Trade mark verbali "JURADO" (Applikazzjoni Nru 240.218).

Prodotti jew servizzi: Prodotti fil-klassi 30.

Proprjetarja tat-trade mark li hija s-suġġett ta' l-applikazzjoni: CAFETAL DE COSTA RICA S.A.

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: L-Amministrazzjoni ta' Trade Marks u Diviżjonijiet Legali ċaħdet l-applikazzjoni għal restituito in integrum magħmula mill-applikant u proprjetarja tat-trade mark in kwistjoni, bħala konsegwenza tal-kanċellazzjoni tar-reġistrazzjoni ta' dik it-trade mark, peress li l-proprjetarja naqset milli tfittex it-tiġdid rilevanti.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Ċaħda ta' l-appell.

Motivi invokati: Ksur tad-drittijiet ta' difiża u interpretazzjoni żbaljata, fil-każ preżenti, ta' l-Artikoli 47 u 48(1) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja.

____________